Preżentazzjoni fit-tempju Presentation in the temple
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Hemm żewġ sinjali għal PREŻENTAZZJONI FIT-TEMPJU. L-ewwel sinjal magħmul minn żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal TARBIJA. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 u bil-pala tħares ’il fuq. Is-swaba’ jintrikbu fuq xulxin u l-idejn jitbandlu bil-mod minn ġenb għall-ieħor. (ii) Fit-tieni parti l-idejn jogħlew flimkien lejn il-ġenb, bil-ponot tas-swaba’ jmissu. It-tieni sinjal għandu żewġ partijiet ukoll. (i) L-ewwel issir it-tieni parti tal-ewwel sinjal imma fin-nofs flok fil-ġenb. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal KNISJA. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 u jiltaqgħu forma ta’ V bil-maqlub fil-għoli quddiem ir-ras.
There are two signs for PRESENTATION IN THE TEMPLE. The first sign consists of two parts. (i) First the sign for BABY is made. Both hands take the shape of 5 with the palms facing upwards. The fingers overlap and the hands swing gently from side to side. (ii) The second part is made with the hands moving up to the side with fingertips touching. The second sign also has two parts. (i) First the second part of the first sign is made at the front rather than the side. (ii) Then the sign for CHURCH is made. Both hands take the shape of 5 and form an upside-down V shape high up at head level.